Sidien ta’ Gentlemen’s Club f’Paceville ma nstabux ħatja li darbu Franċiż li kien f’pajjiżna għal-lejl wieħed jitbaħrad fil-mekka tad-divertiment f’pajjiżna.
Steve Lefreve allega li ġie aggredit minn wieħed mis-sidien Donald Bonnici wara li qal li ħallas €400 u baqa’ b’xiber imnieħer minn servizz ta’ pole dancer.
Iżda meta ġew elevati l-kameras tas-sigurtà ħareġ biċ-ċar li uffiċjali tas-sigurtà dehru jargumentaw mal-Franċiż u Bonnici iktar milli ħebb għall-Franċiż kien qed jipprova jferraq ġlieda.
Il-filmati urew ukoll lil Franċiż jipprova jwaddab barmil ilma fid-direzzjoni ta’ Bonnici.
Uffiċjali mediċi wkoll sostnew li l-Franċiż kellu riħa qawwija ta’ alkoħol u għalhekk seta’ kien taħt l-effett tax-xorb.
Bil-ġrieħi li sofra mill-uffiċjali tas-sigurtà, li ammettew li ħebbew għall-Franċiż, huwa sofra diżabilità permanenti..
Meta l-Qorti qieset ukoll li l-Franċiż m’għarrafx lill-akkużati, dawn tal-aħħar inħelsu mill-akkużi miġjuba kontrihom.