Sid ta’ stabbiliment kummerċjali ġie ordnat iħallas aktar minn seba’ u erbgħin elf ewro f’ħobż u ħelu li naqas milli jħallas għall-perjodu ta’ tliet xhur bejn Settembru u Novembru li għadda.
Roderick Bonnici naqas milli jonora ftehim li sar bejniethom dwar bejgħ ta’ ħobż u ħelu.
Minħabba l-fatt li Bonnici naqas milli jikkontesta t-talbiet li saru kontrih, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili pproċediet għas-sentenza mingħajr smigħ u ordnat lil Bonnici jħallas is-somma ta’ €47,405, bl-imgħax ta’ 8 fil-mija fis-sena.