Sid ta’ ħanut tax-xorb fl-Imsida se jitressaq il-qorti fil-jiem li ġejjien wara li nqabad b’aktar minn 42,440 sigarett tal-kutrabandu u tliet kili tabakk tax-xixa.
Fi stqarrija, id-Dwana qalet li s-sigaretti nstabu waqt tfittxija estensiva li saret fil-ħanut fejn instabu ftit anqas minn 200 kartuna sigaretti tal-kutrabandu.
Fi kmamar oħra fuq wara tal-ħanut instabu tliet kili tabakk tax-xixa li fuqhom ukoll ma kienitx tħallset taxxa tas-sisa.
Sid il-ħanut ingħata f’idejn il-Pulizija u nżamm arrestat għal aktar stħarriġ.
Id-Dipartiment tad-Dwana tenna li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li jġorr miegħu multi ħorox ħafna u ħabs.