Sid is-Supermarket More, Ryan Schembri, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat b’reati finanzjarji, miżappropjazzjoni ta’ fondi, u frodi, fost l-oħrajn.
Huwa tressaq il-Qorti wara li ġie estradit lejn Malta, wara li fl-2014 kien ħarab mill-pajjiż u allegatament ħalla dejn li jammonta għal 40 miljun ewro.
Il-Qorti, ipperseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, semgħet il-kumplazzjoni tax-xhieda. Wara li ddeliberat għal xi ħin u kkunsidrat illi Schembri kien ħarab minn Malta biex jevita lill-kredituri tiegħu u mhux mil-liġi, tatu l-ħelsien mill-arrest.
Dan sar fuq garanzija personali ta’ €150,000 u depożitu ta’ €50,000 u li ma jistax jersaq sa 20 metru ’l bogħod mill-kosta u lejn l-ajruport, fost oħrajn.