Matul tmiem il-ġimgħa, Valletta FC, permezz tan-nursery tagħhom, ħadu sehem fis-Sicily Football Cup organizzata minn Tornei Giovanili Sicila. Għal dan it-turnament, Valletta FC ħadu sehem bit-tliet gruppi li kienu dawk ta’ taħt it-tlettax il-sena, ta’ taħt l-erbatax il-sena u dak tat-tfajliet.
F’dan it-turnament ħadu sehem bosta klabbs fejn jispikkaw ismijiet bħal Olympiacos FC tal-Greċja.
It-tim ta’ taħt it-tlettax il-sena ta’ Valletta, taħt il-gwida ta’ Mauro Valastro, irnexxilu saħansitra jirbaħ is-sezzjoni. Filfatt iż-żgħażagħ Beltin irnexxilhom jegħlbu lill-Olympiacos FC 5 – 0 biex fil-final għelbu lill-Fair Play Messina wara l-għoti tal-penalties.
Il-penalties ta’ Valletta FC ġew skorjati minn Andvic Inguanez, Jesmar Spiteri, James Azzopardi, Josef Muscat u Lee Bonanno bil-goalkeeper Kenzel Zammit jirnexxilu jsavla l-penalty deċisiv.
Din hija l-ewwel darba f’dawn l-aħħar għaxar snin li tim Malti irnexxilu jasal sal-finali u eventwalment jirbaħ il-kompetizzjoni.
Il-kontinġent ta’ Valletta FC kien taħt il-gwida teknika tal-skwadri tal-kowċ Johann Scicluna.