“Sibu l-għajnuna għaliex diffiċli tegħleb il-vizzju waħdek.”
Dan kien l-appell li għamlet Mandy, isem fittizju li tajna lil mara, li tinsab tieħu l-kura f’Dar l-Impenn, li ġiet rinnovata u tkellmet ma’ ONE News.
Hija qed tieħu din il-kura minħabba d-dipendenza qawwija fuq l-alkoħol.
Qalet, “Don’t be ashamed to ask for help because it is something that it’s difficult to do on your own. You know if you got like a leg up to away from your life, your own problems and it’s neutral. So, you get started and motivated.”
Mandy qaltilna li għaxar snin ilu kienet sabet ukoll l-għajnuna minn dan il-post, iżda bir-rinnovar estensiv li sar dan il-post inbidel. Hija semmiet l-għajnuna imprezzabbli li ssib mill-ħaddiema li jaħdmu f’din id-dar, li tgħinha żġur fir-rijabilitazzjoni tagħha.
Qalet, “I couldn’t believe it when I walked in here. The refurbishment and how nice it is, it makes the atmosphere make better, you know and all the nurses and staff here are very helpful and kind and it is a very good experience and I feel recuperating more quickly.”