Kont nitħassarha qabel l-elezzjoni ġenerali. Ann Fenech, illum President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, kienet tkun inkwetata wisq li mhix se ssib wieħed. X’issib? Vapur tal-LNG.
Dakinhar it-tħassib ma kienx dwar il-kobor jew fejn se jsorġi l-vapur. Imma li ma kienx hawn. F’dagħdigħa li jiksreditaw il-proġett tal-enerġija propost tal-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kienu jsibu kull skuża.
Ann Fenech kienet tgħid: “Biex tikri dawn il-vapuri dan it-tip, ma nafx kif se ssir, għax huma limitati ħafna. Hawn erba’ biss minnhom. Mill-informazzjoni li għandi dawn il-vapuri mhumiex available.”
Bħal Tonio Fenech, Ann Fenech kienet temmen li mhux possibbli jorħsu l-kontijiet tal-enerġija. Wieħed kellu l-Alice in Wonderland u waħda makelliex vapur.
Iżda, illum il-vapur qed fi triqtu lejn Malta. Biex lil Ann Fenech sibnilha wieħed u jismu Armada.
Armada LNG Mediterrana jasal Malta f’Settembru li ġej. Min jaf forsi Ann Fenech tkun trid tittawallu.