“Ktibt din il-kanzunetta b’qalbi sewda, lejn nisa li jħossuhom imperfetti. Inti unika u ma jimpurtax id-daqs, il-piż, il-forma tal-wiċċ jew jekk għandekx l-akne.”
Hekk kitbet il-kantanta Maltija Shyli Rose, li għadha kemm ħarġet kanzunetta ffukata fuq mara li sabet l-imħabba, iżda xorta ma kinitx kuntenta. Il-messaġġ hu li ma tistax verament tħobb lil xi ħadd qabel tibda tħobb lilek innifsek l-ewwel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
“Nittama li din il-kanzunetta tħalli impatt kbir u nittama li titgħallem li m’intix qed iġorr dan il-piż waħdek” qalet Shyli Rose.
Tista’ tisma’ din il-kanzunetta hawn: