Tul dan il-lejl nirien ħakmu showrrom tal-bibien fi Triq Valletta, Ħal-Luqa.
Kienet sejħa kmieni ħafna dik li rċivew il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, hekk kif in-nirien kienu rrapportati għall-ħabta tat-03:30.
B’xorti tajba u grazzi għall-ħidma fil-pront tal-membri tal-membri tat-tifi tan-nar, ħadd ma ndarab u n-nirien kienu ikkontrollati fil-ħin.