Il-kumpanija Portelli & Brincat fetħet showroom ġdida fl-Imrieħel b’investiment totali ta’ miljun ewro tul is-sentejn li ġejjin.
Għall-inawgurazzjoni attenda l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat fejn fid-diskors tiegħu inkluda kliem ta’ tifħir.
Huwa tenna li din il-kumpanija hija marka ta’ kwalità għall-pajjiżna filwaqt li nnota l-importanza li l-impjegati għandhom ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu f’kumpaniji ta’ din ix-xorta.
Id-direttur tal-kumpanija, Mauro Portelli tkellem dwar kif minn ħanut żgħir fin-1981 illum għandhom sebat iħwienet u showroom ġdida.
Huwa ukoll esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-miżuri li qed jieħu dan il-Gvern fir-rigward ta’ negozji tal-familja u dawk żgħar u medji.
Faħħar fost l-oħrajn il-miżuri ta’ tnaqqis fir-rata ta’ taxxa tat-trasferiment li tnaqqset minn ħamsa fil-mija għal wieħed punt ħamsa fil-mija u qal li din il-miżura qed tgħin ħafna biex il-kumpaniji jkomplu jippjanaw għall-futur.