Showroom abbandunata li tinsab fil-Mosta spiċċat fuq bosta siti barranin. Dan hekk kif din ix-showroom x’aktarx għandha vetturi rari, li sfaw abbandunati mis-snin tmenin,
Kienu ritratti li tpoġġew fuq sit Amerikan li ġibdu l-attenzjoni ta’ bosta fanatiċi tal-vetturi, dan hekk kif il-vetturi li għandha abbandunati fiha x’aktarx huma rari.
Ix-showroom għalqet il-biben tagħha fis-snin disgħin wara li fetħu bosta kompetituri u minflok kompliet il-ġlieda f’dan is-suq, għalqet għalkollox. Fost il-kollezzjoni li hemm f’din ix-showroom wieħed jista’ jsib vetturi klassiċi tas-Subaru, minn Justy għal mudell ieħor Impreza – iżda l-mudell li ġibed l-aktar attenzjoni hi vettura tat-tip Subaru XT Turbo tal-1987.
Bl-aħħar vettura kienet inħarġet fis-sena 1991, din il-vettura tista’ tkun waħda minn tal-aħħar tal-għamla tagħha.
Filwaqt li huma bsota li qalu li dan il-post hu abbandunat, bosta qarrejja sostnew li din ix-showroom mhix abbandunata hekk kif il-post jidher li wieħed jieħu ħsiebu hekk kif hemm pjanti li huma ħajjin, u kif ir-roti tal-vetturi huma kollha minfuħin.
Uħud ukoll spekulaw li s-sid ta’ din ix-showroom jużaha bħala post ta’ parkeġġ għal vettura milli għandu.