Jekk int wieħed minn dawk li jdejqek il-melħ fuqek wara xi għawma tajba, se tkun tista titlaħlaħ immedjatament.
Dan għaliex tlesta x-xoghol fuq showers ġodda fil-Bajja tal-Għadira u anke f’Golden Bay.
B’kollox total ta’ 14-il shower twaħħlu matul dawn il-jumejn f’dawn il-bajjiet, fejn il-pubbliku Malti u t-turisti li jżuru pajjizna jistgħu jagħmlu uzu minnhom.
Dan ix-xogħol sar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi.