Sharon Camilleri ġiet maħtura bħala Kap Eżekuttiv ta’ Burmarrad Group. Din il-kariga ntlaqet b’mod unanimu mill-ħaddiema.
Is-Sinjura Camilleri hija magħrufa għad-dedikazzjoni tagħha. Il-ħatra tagħha daħlet fis-seħħ illum id-9 t’Ottubru. Qabel ma ngħatat din il-kariga Camilleri kienet tokkupa l-kariga ta’ direttur eżekuttiv fil-kumpanija tal-familja.
Hija ilha involuta f’din il-kumpanija sa mill-1994.