Ix-Shanghai Electric Power Malta tenniet li s-Sur Chen Cheng qatt ma kien u mhuwiex impegat ta’ Shangai Electric Power jew Shanghai Electric Power Malta.
Dan wara rapporti fil-midja li investigazzjoni internazzjonali żvelat kif il-kumpanija Macbridge hija allegatament ta’ Tang Zhaomin, il-kunjata taċ-Ċiniż Chen Cheng.
Fl-istqarrija tagħha Shanghai Electric Power Malta qalet ukoll li ma kinitx konxja jew parti minn xi attività allegatament illegali kif kien irrappurtat.
Il-kumpaniija rrijaffermat mill-ġdid l-osservanza tagħha mal-prinċipji tal-onestà, trasparenza u ġustizzja fir-relazzjonijiet tagħha mal-partijiet interessati kollha.
L-istqarrija temmet tgħid li l-kumpanija hi impenjata li tipprovdi l-appoġġ sħiħ possibbli lill-awtoritajiet investigattivi fi kwalunkwe ġurisdizzjoni.