Wara din il-mewġa ta’ sħana, sa fl-aħħar, hemm ftit tama ta’ xita fuq il-gżejjer Maltin. Dan hekk kif is-sistema tal-Global Forecasting System Amerikana, li tipprevedi t-temp madwar id-dinja, qed tindika ftit tama ta’ xita f’xi ħin wara l-20 ta’ Awwissu. Dan skont rapport fuq FirstMalta.
Ġie sostnut kif il-livell ta’ xita indikat huwa pjuttost baxx u jidher iffokat fiċ-channel bejn Sqallija u Malta fejn hemm ċans li jolqotna xi ftit. Il-ġurnata indikata tista’ tvarja xi ftit u l-ammont ta’ xita mistenni huwa minimu.
Ta’ min jgħid li mhux l-ewwel darba li s-sistema GFS ma tkunx preċiża meta tipprevedi x-xita daqshekk fit-tul u għalhekk se nkunu qed inżommu għajnejna fuq din il-previżjoni biex naraw jekk issirx xi korrezzjoni fil-previżjoni bħal każijiet oħra, u għalhekk dan ir-rapport għandu biss jitqies bħala indikazzjoni ġenerali u mhux bħala xi previżjoni preċiża.