Ir-Renju Unit illum esperjenza temperatura rekord li laħħqet it-42 grad Celsius. Din it-temperatura hija fost l-ogħla li qatt ġew irreġistrata.
Fil-fatt, l-uffiċċju Meterjoloġiku Brittaniku ħareġ twissija dwar it-temperaturi għoljin hekk kif numru ta’ bnadi madwar Londra ħadu n-nar b’riżultat ta’ temperaturi rekord.
Anki s-servizz tal-ferrovija kien affettwat mill-mewġa tas-sħana, tant li wħud mill-istazzjonijiet tal-ferrovija ma operawx. Fil-fatt, inħarġet twissija għan-nies f’Londra biex, kemm jista’ jkun, jevitaw milli jivvjaġġaw.
Qed jiġi rrapportat li, mill-inqas ħamest itfal u żgħażagħ tilfu ħajjithom f’inċidenti separati wara li għerqu meta pprovaw jiffriskaw lilhom innfushom fix-xmajjar.
Is-sħana qed tikkawża wkoll pressjoni fuq l-isptarijiet u s-servizzi tal-ambulanza. Waqt laqgħa li ssejħet b’urġenza, il-Gvern Brittaniku qal li se jkun qed jgħaddi fondi addizzjonali lis-settur tas-saħħa sabiex jiżdiedu r-riżorsi kemm tal-ambulanzi kif ukoll tal-emerġenza.
Organizzazzjoni Brittanika li tgħin lill-anzjani wissiet illi l-anzjani huwa l-aktar vulnerabbli f’din is-sitwazzjoni u għalhekk appellat sabiex ħbieb u qraba ta’ anzjani jżommu kuntatt magħhom.