Ħafna partijiet mid-dinja qed jesperjenzaw temperaturi abnormali.
Diversi twissijiet ħarġu dwar sħana qawwija fi provinċji fil-Kanada, filwaqt li fil-Messiku mietu tliet persuni kawża ta’ uragan.
Fl-Indja hemm mewġa tas-sħana kbira li tista’ tilħaq il-ħamsa u erbgħin gradi celcius, b’eluf ta’ persuna fil-kapitali Delhi, esperjenzaw qtuħ tad-dawl u l-ilma.
Il-Gvern tal-Arabja Sawdija beda jqassam l-ilma u jħeġġeġ lin-nies jibqgħu ġewwa, wara rapport li ’l fuq minn elf persuna mietu waqt pellegrinaġġ fil-kapitali, Mecca.
Irrapportati vittmi tas-sħana wkoll fil-Greċja, fejn nies qed imutu bis-sħana, u pumpiera qed jissieltu nirien f’diversi gżejjer.