Shakira Degabriele, tfajla ta’ 15-il sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.
Minn informazzjoni li għandhom il-Pulizija jidher li t-tfajla bidlet il-kulur ta’ xagħarha minn kif jidher f’dan ir-ritratt.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001/119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.