Minkejja li l-istaġun teatrali għalaq f’Mejju, xorta ma waqax is-siparju kompletament fuq it-teatru Malti. Il-ġonna ta’ San Anton se jinbidlu fil- pjazza ta’ Padua fl-Italja, hekk kif għal darba oħra se jittella’ dramm tal-famuż William Shakespeare: The Taming of the Shrew.