Kien għall-ħabta tas-19:30 ta’ filgħaxija meta anzjana ta’ 69 sena għamlet rapport mal-Pulizija li xi ħadd sgassalha l-bieb tar-residenza tagħha fis-Siġġiewi u serqilha d-deheb kollu, li l-Pulizija kkonfermat li hu ammont konsiderevoli.
Is-serqa seħħet f’residenza fi triq Dun Pawl Laferla fis-Siġġiewi.
Hu mifhum li s-serqa twettqet ilbieraħ bejn il-ħinijiet tas-12:50 ta’ wara nofsinhar u l-17:30, meta ir-resedenza kienet vojta. Qed jingħad li l-ħalliel jew ħallelin serqu €20,000 f’ġojjellerija.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.