Il-Pulizja qed tinvestiga sgass li seħħ dalgħodu fl-uffiċni tal-Wild Birds Regulation Unit f’Santa Venera.
L-isgass seħħ għall-ħabta tat-8.00 a.m.m meta l-uffiċjali tal-Wild Birds Regulation Unit indunaw illi l-uffiċini tagħhom f’Santa Venera ġew allegatament sgassati minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
Fil-ħin tal-allegat sgass ma kien hemm l-ebda uffiċjal.
Il-Pulizija kienu mgħarrfa minnufih, u jinsabu fuq il-post għal aktar stħarriġ.
Is-Segretarjat Parlamentari għarraf lill-pubbliku li l-uffiċini ser ikunu magħluqa għall-pubbliku sakemm tinħareġ notifika oħra.