Il-Fazzjoni Busuttil tinsab irrabjata li l-amministrazzjoni nazzjonalista se tbiddel l-mistoqsija li se jitalbu jwieġbu l-l-kunsillieri tal-partit nazzjonalista fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju li se jitlaqqa’ fl-aħħar Sibt tax-xahar biex jiddeċiedi l-ġejjien ta’ Adrian Delia fit-tmun tal-partit.
Sorsi fil-partit Nazzjonalista qegħdin isostnu li l-mod ta’ kif se tinkiteb il-mistoqsija se tiffavorixxi lill-Kap Nazzjonalista biex jibqa’ fit-tmexxija tal-partit.
Sorsi mill-fazzjoni Busuttil li tkellmu ma’ The Times fo Malta qalu li l-kampanja tagħhom hija bbazata fuq vot iva biex Adrian Delia jerfa’ r-responsabbilità poltika għall-qagħda mwiegħra li jinsab fih il-partit Nazzjonalista u jirriżenja.
Madankollu, l-amministrazzjoni Nazzjonalista qed tinsisti li vot IVA għandu jesprimi vot ta’ fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Adiran Delia.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista saħqu ma’ The Times li l-amministrazzjoni Nazzjonalista qiegħda tfassal mistoqsija sabiex Delia jibqa’ fit-tmexxija tal-partit.
Persuni qrib il-fazzjoni Busuttil qal lit-Times li l-amministrazzjoni nazzjonalista se tipprova tagħmel bidla fil-mistoqsija sabiex Delia ikollu vantaġġ u jirbaħ il-vot tal-kunsilliera.
It-Times irrapurtat ukoll li qegħdin isiru manuvri interni fil-Partit Nazzjonalista sabiex Adrian Delia jirbaħ il-vot.
B’esponent mill-fazzjoni Busuttil qal lit-Times li rridu naraw jekk l-amministrazzjoni Nazzjonalista hiex se tirrispeta r-regoli tagħha.
Fakkru li t-Tlieta filgħaxija, se jerġa’ jitlaqqa’ l-eżekuttiv tal-partit biex jiddiskuti l-mistoqsija li se titressaq quddiem il-kunsilliera nazzjonalisti.
Intant kunsillier nazzjonalista qal li erġajna ċikku-mbriku u l-Eżekuttiv Nazzjonalista se jerġa’ jiddiskuti affarijiet li diġà ddiskutihom fl-aħħar laqgħa.
“Jidher li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jipprova jagħmilha diffiċli kemm jista’ jkun biex Adrian Delia ma joqgħodx għall-iskutinju tal-kunsilliera”, qal kunsillier Nazzjonalista lil The Times.