‘I Believe in Me’ hija l-isem li ingħatat sfilata tal-moda li se tkun organizzata minn Smiling With Jerome Foundation: organizazzjoni non-governattiva li tappoġġja familji fejn hemm djanjosi ta’ mard serju inkluż kanċer. Il-fondazzjoni tgħin ukoll familji li għandhom tfal b’kundizzjonijiet severi, diżabilità jew bżonnijiet speċjali.
L-idea ta’ din l-isfilata ġiet introdotta għall-ewwel darba f’Malta fl-2018. Il-mudelli kollha li se jieħdu sehem huma tfal u adolexxenti bi bżonnijiet speċjali jew diżabilità.
Dawn it-tfal u żgħażagħ se jisfilaw flimkien ma’ ħuthom, f’avveniment li mhux se jkun kompetizzjoni iżda mezz biex ikollhom aktar stima tagħhom infushom u sens ta’ pożittività. Fil-fatt dawk kollha li jieħdu sehem jingħataw midalji u rigal.
L-isfilata se ssir fl-20 ta’ Novembru fl-Iskola St Monica, il-Gżira bejn l-4pm u s-6pm.
Ritratt: disabilityhorizons.com