Il-Prim Ministru Żvediż Stefan Löfven tilef vot ta’ fiduċja fil-Parlament.
B’181 membru parlamentari minn Parlament ta’ 349 membru, sfiduċjaw lil Löfven .
Kien hemm ukoll 51 astensjoni.
Din hija l-ewwel darba fl-istorja politika tal-Iżvezja li l-Prim Ministru ġie sfiduċjat.
Löfven issa għandu ċ-ċans ġimgħa biex jirriżenja jew isejjaħ elezzjoni bikrija.
L-elezzjoni ġenerali kienet skedata li ssir sa Settembru tas-sena d-dieħla.