F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, ġew diskussi għadd ta’ sfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa – mill-Coronavirus għal Immigrazzjoni.
Il-Ministri tal-Greċja, Ċipru, Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja u Malta iddiskutew l-qasam finanzjarju ewropew, l-immigrazzjoni u l-bżonn li nsibu soluzzjonijiet komuni għal diversi sfidi.
Is-Segretarju Parlamentari għal fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi rrimarka li l-Gvern Malti rnexxielu jikkontrolla t-tixrid tal-COVID-19 permezz ta’ diversi miżuri implimentati. Tenna l-koperazzjoni tal-gvern malti mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri.
Zrinzo Azzopardi spjega kif Malta se tkompli tinnegozja b’mod kostruttiv biex isir qbil li jirrikonoxxi l-bżonnijiet ta’ Malta, anki wara li tħabbar l-pjan ta’ irkuprar mill-Kummissjoni Ewropea.
“Tajna ukoll ħarsa lejn il-proposti tal-baġit Ewropew u dak propost. Tajna ħarsa ukoll lejn l-immigrazzjoni.”