Il-protezzjoni ċivili qed tagħti sehmha f’attività li qed tittella’ f’bieb il-Belt b’risq il-Malta Community Chest fund foundation.
Dan hekk kif din hija t-tieni sena li qed issir l-isfida sabiex timtela l-kelma ‘l-istrina’ b’muniti tat-2 euro. Dan filwaqt li l-protezzjoni civili wkoll qiegħda f’bieb il-Belt tagħmel id-‘displays’ u tiġbor d-donazzjonijiet b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Id-Direttur tal-Protezzjoni Civili, Emanuel Psaila saħaq li attivitajiet bħal dawn huma sbieħ għaliex filwaqt li tul is-sena huma jgħinu lil diversi persuni permezz t’operazzjonijiet ta’ salvataġġ din hija opportunita’ sabiex jaħdmu għal kawża ġusta u jgħinu lil min ikun fil-bżonn b’mod differenti.
Is-Sibt filgħodu l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Ministru Michael Farrugia żaru l-attivita’ biswit il-parlament.