Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li llum, fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex jgħid x’passi se jkun qed jieħu fil-konfront tal-Viċi Kap tiegħu Mario Demarco.
Il-Ministru sfida lil Busuttil biex jipproduċi d-dokumenti b’rabta ma’ xogħlijiet li saru fil-proprjeta’ tal-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco u li ma ħallasx għalih għal aktar minn sitt snin.
Il-Ministru Zammit Lewis fakkar kif f’kummenti li ta lil media, Demarco giddeb lil Busuttil għax filwaqt li dan tal-aħħar qal li l-Viċi Kap tiegħu ppubblika d-dokumenti, l-istess Demarco qal ma’ One News li l-irċevuti ma kienx għadu ppubblikahom.
Dwar dawn ix-xogħlijiet, li saru minn persuna li jissemma fil-Panama Papers, staqsejna lil De Marco hu u dieħel fil-Parlament u kkonferma kif Busuttil qarraq biex jiddefendih.
Zammit Lewis qal li Demarco kiser il-kodiċi ta’ etika għaliex politiku ma jistax jaċċetta rigal b’somma t’iktar minn 150 ewro. Minkejja dan, Demarco aċċetta li jsiru xogħlijiet ta’ 34,000 ewro.
https://youtu.be/6-A1tLknyRs