Is-sinjura Michelle Muscat se terġa’ tgħum bil-għan li jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Marigold.
Din id-darba l-għuma se tkun minn naħa t’isfel ta’ Malta għall-Port il-Kbir, jiġifieri sfida ikbar għaliex il-baħar f’dawn l-inħawi fih aktar kurrenti u huwa baħar miftuħ.
L-isfida ta’ Michelle Muscat din is-sena se ssir nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju. Is-sena li għaddiet Michelle Muscat qasmet bl-għawm minn Għawdex għal Malta, u f’Kemuna ltaqgħet mal-għawiema tal-Olimpjadi Speċjali. Flimkiem kienu għumu sa Malta.
https://www.youtube.com/watch?v=QOr9dhygGzc&feature=youtu.be