Il-Prim Ministru tal-Iżrael, Benjamin Netanyahu, qed jiġi kkontestat għat-tmexxija tal-partit Likud mill-ikbar rivali tiegħu Gideon Saar. Il-Prim Ministru Iżraeljan, għandu appoġġ b’saħħtu fil-partit, iżda din qed titqies bħala l-ikbar sfida interna f’dawn l-aħħar għaxar snin minn mindu Netanyahu ħa t-tmexxija tal-partit.
Minkejja li mistenni li jirbaħ Netanyahu, huwa għaddej minn perjodu ta’ diffikultà. Huwa qed jaffaċċja ġuri fuq akkużi ta’ tixħim u korruzzjoni.