Fl-Università antika fil-Belt ittellgħet sessjoni ta’ taħriġ dwar it-traffikar uman għall-membri tal-Girl Guides, bħala parti mill-inizjattivi tal-kampanja ‘Uman bħalek’.
It-taħriġ iffoka fuq forom differenti ta’ traffikar uman u fuq is-sinjali li juru persuni li jkunu sfaw vittmi ta’ dan ir-reat.
Iċ-Chief Commissioner tal-Malta Girl Guides, Claire Duff iddeskriviet il-kontenut tal-programm bħala għodda utli, li biha wieħed jagħraf sitwazzjonijiet perikolużi.
Meta ndirizzat lil dawk preżenti, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli saħqet fuq l-importanza tal-għarfien fil-ġlieda kontra t-traffikar uman.
It-taħriġ ingħata minn Lara Dimitrijevic, avukat li taħdem fil-qrib ma’ vittmi tat-traffikar uman u direttur tal-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa.
Fi tmiem l-attivita’, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli ppreżentat ċertifikat lil dawk li attendew.