It-Team Maximum Lock, l-aqwa tim ta’ sewqan bi preċiżjoni fl-Ewropa, qed iħejji biex jipparteċipa fl-Autosport International 2025, l-akbar avveniment tal-motorsport fl-Ewropa, li se jsir bejn id-9 u t-12 ta’ Jannar fil-Birmingham NEC, li toffri sfida unika, bis-sewwieqa jesegwixxu manuvri ta’ veloċità għolja.
Il-preżenza tat-Team Maximum Lock f’din il-wirja tenfasizza l-influwenza ta’ Malta fix-xena globali tal-motorsport, fejn ir-rutini ta’ drifting u stunts ta’ veloċità għolja se juru l-ħiliet tekniċi tagħhom.
Dan it-tim Malti, magħmul minn Mark Galea, Christian Bezzina, Clint Abela u Jack Fenech, se juri l-ħiliet tiegħu bit-tama li jagħmel impatt bħala l-uniku tim internazzjonali mill-gżejjer Maltin. Il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Autosport International diġà hi xiehda tal-potenzjal lokali fil-motorsport.
Il-karozzi, li se jsuqu huma Nissan Skylines u 350Zs modifikati, magħrufin għal prestazzjoni għolja.
L-Autosport International 2025 hu wieħed mill-avvenimenti l-aktar prestiġjużi, li jattira aktar minn 90,000 viżitatur internazzjonali.