Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sitta u għoxrin seħħ inċident stradali fi Triq Ganu, Birkirkara.
Il-ħabta seħħet bejn mutur tat-tip Yamaha MT-07 u karozza tat-tip Toyota Aygo. Is-sewwieqa tal-mutur – mara ta’ 45 sena, residenti r-Rabat ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
Filwaqt li mara ta’ 29 sena, residenti l-Imsida li kienet qiegħda ssuq it-Toyota Aygo ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulzija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.