Mara ta’ 30 sena minn Santa Venera ġarrbet ġrieħi gravi wara li ħabtet bil-mutur li kienet qed isuq ma’ żewġ vetturi oħra kienu qed jinstaqu minn raġel ta’ 32 sena mill-Mosta u raġel ta’ 47 mir-Rabat rispettivament.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:40 ta’ filgħodu fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati fl-Imtarfa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditha l-isptar u ġiet iċċertifikata minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.