Dalgħodu għall-ħabta tas-7:15 ta’ filgħodu seħħ inċident fiTriq Telgħet ix-Xemxija, fix-Xemxija.
Mara Taljana ta’ 26 sena residenti l-Mellieħa li kienet qed issuq karozza tat-tip Fiat Bravo skidjat u baqgħat dieħla fuq karozza tat-tip Volksvagen misjuqa minn mara ta’ 23 sena mill-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-Taljana l-isptar, fejn ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi ħfief.
Minħabba l-inċident inħolqot konġestjoni kbira fl-inħawi. Riżultat tal-gravità tal-inċident it-triq infetħet biss għall-ħabta tal-10.45am. Dan peress li l-mara qed tistenna tarbija u riedu jsiru aċċertamenti mediċi dwarha f’każ li jkun meħtieġ li tinfetaħ inkjesta.
Ritratt: TVM/Justin Vassallo