Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fil-bypass tal-Marsa/il-Ħamrun direzzjoni lejn il-Marsa, mil-lejla sa nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru 2016 bejn it-8.00 ta filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Waqt il-ħin tax-xogħol, din it-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku, għalhekk is-sewwieqa huma mitluba jevitaw iż-żona u jsibu toroq alternattivi.
Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’parti oħra ta’ Triq Aldo Moro u Triq Diċembru 13, mil-lejla sa nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2016 bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu. It-triq ser tibqa’ aċċessibbli, fejn f’ċertu partijiet it-traffiku ser jgħaddi minn karreġġjata waħda biss. Sewwieqa mitluba jsuqu b’attenzjoni u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċċjali.
Intant ix-xogħol fi Triq ix-Xatt Tal-Pieta’ ser jitkompla illejla kif avżat.