Raġel ta’ 45 sena miż-Żurrieq, għal xis-sitta ta’ filgħaxija ndarab gravi wara inċident bil-mutur fil-Gudja.
Il-każ seħħ fi Triq Dawret il-Gudja, il-Gudja.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Gudja, u mutur Yamaha Crypton R, misjuq mill-vittma.
Fuq il-mutur, kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 17-il sena residenti ż-Żurrieq.
Aktar tard, ix-xufier tal-mutur ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Ħadd iktar ma weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.