Raġel ta’ 29 sena residenti r-Rabat ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident fi triq Pantar, Lija.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 14.10. Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-impatt seħħ bejn mutur tat-tip Honda MD22 u karozza Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 53 sena residenti Ħ’Attard.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhux magħrufa.