Raġel ta’ 47 sena minn Ħ’Attard iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 tal-bieraħ filgħaxija fi Vjal l-Istadium Nazzjonali.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ inċident bejn rota li kienet misjuqa mill-vittma u karozza tal-għamla Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 60 sena li joqgħod Ħaż-Żabbar.
Ix-xufier tar-rota ngħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.