Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku dalgħodu fi Triq Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq minn raġel ta’ 69 sena residenti ż-Żejtun u vettura misjuqa minn mara ta’ 35 sena residenti l-Mosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
s-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.