Sewwieq ta’ mutur kien iċċertifikat li weġġa’ gravi wara ħabta li seħħet ilbieraħ filgħaxija fi Triq Buqana, ir-Rabat.
Għall-ħabta tad-8:45 ta’ filgħaxija, il-Pulizija kienet informata b’aċċident tat-traffiku u meta waslet fuq il-post mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Avella misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti f’Santa Luċija u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 41 sena minn Birkirkara.
Tim mediku kien imsejjaħ fuq il-post u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.