Sewwieq ta’ mutur ta’ 59 sena mix-Xagħra jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn ħames karozzi f’Għajnsielem. Mara ta’ 46 sena mill-Għarb ttieħdet l-isptar Ġenerali t’Għawdex wara li qed isoffri minn xokk qawwi.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-15:45 fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem meta kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi tat-tip Hyundai i20 misjuqa minn raġel Ukren ta’ 44 sena li jogħqod l-Ukrajna u Toyota Vitz li kienet misjuqa mill-mara mill-Għarb. Filwaqt li l-mutur involut f’dan l-inċident kien tal-għamla Triumph Tiger Explorer XC.
B’konsegwenza ż-żewġ karozzi u muturi daħlu f’żewġ karozzi oħra tat-tip Nissan Micra u Toyota Prius li kienu pparkjati fit-triq.
Dwar dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Bridgette Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejin.