Sewwieq ta’ mutur ta’ 27 sena residenti Santa Venera, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara inċident tat-traffiku bejn l-istess mutur, tal-għamla Honda, u vettura tat-tip Mazda Demio, misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti Birkirkara.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, f’Dawret San Pawl il-Baħar, f’San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, filwaqt li bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech, li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.