Ġuvni ta’ 22 sena mis-Swieqi jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.30 fi Triq Tul il-Kosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ u ħabat f’żewġ vetturi pparkjati.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajuna u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.