Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.
Il-ħabta seħħet bejn BMW 318 misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħad-Dingli u mutur Honda CBF125 misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjħu l-Pulizija, tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.