Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku l-Mosta.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq id-Difiża Ċivili, il-Mosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Kawazaki misjuq minn raġel ta’ 61 sena residenti l-Mosta u Hyundai I30 misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Mellieħa.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.