Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fil-Marsa.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-11:10 fi Triq Ġiuseppe Garibaldi, Marsa.
Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 29 sena residenti ġewwa r-Rabat, tilef il-kontrol tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kawasaki u waqa’ .
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja.