Bulgaru ta’ 38 sena weġġa’ serjament f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-President Anton Buttiġieġ.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda 600 Hornet misjuq mill-vittma, u Mitsubishi L200 li kienet qed jinstaq minn raġel ta’ 63 sena li joqgħod iż-Żejtun.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta Maġisterjali filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.