Sewwieq ta’ mutur ta’ 64 sena mill-Kalkara li kien involut f’inċident tat-traffiku, sofra minn ġrieħi gravi u kellu jittieħed b’emerġenza l-isptar Mater Dei.
Il-ħabta seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu fi Triq ix-Xatt fil-Kalkara.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li ħabta seħħet bejn karozza tat-tip Hyundai misjuqa minn mara Kalkariża ta’ 47 sena u mutur tal-għamla Kymco misjuq minn anzjan ta’ 64 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.