Raġel ta’ 50 sena residenti s-Siġġiewi ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kellhu inċident bil-mutur f’Ħal Farruġ. Is-sewwieq tal-mutur skiddja għal taħt karozza tal-linja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15.00 fi Triq ta’ Ħal Farruġ. Għal xi raġuni s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll u skiddja taħt karozza tal-linja misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti l-Imtarfa.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa iżda jidher li ma sofriex ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.