Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn karozza f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu ħdejn ir-roundabout ta’ bejn Raħal Ġdid u Kordin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post hawn tim mediku li ħa lis-sewwieq ta’ mutur b’ambulanza lill-Isptar Mater Dei.
Fuq il-post hawn ukoll il-Pulizija, flimkien ma’ uffiċjali ta’ Transport Malta, li qed jidderiġu t-traffiku.
L-identità u l-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.